Raġel ta’ 31 sena jinsab l-isptar jissielet għal ħajtu wara li waqa’ f’binja fil-Ħamrun, fejn kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-7.30am fi Triq il-Kbira San Ġużepp.
Jirriżulta, li r-raġel – li hu minn Birkirkara – waqa’ għoli ta’ madwar sular, meta fil-post kien għaddej xogħol fin-naħa ta’ fuq tal-binja
Immedjatament, waslu kemm il-Pulizija kif ukoll membri tal-Protezzjoni Civili li ħarġu lill-ħaddiem bl-użu tal-inġenji tagħhom.
Il-ħaddiem ġie assistit minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġie certifikat li weġġa’ serjament u jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.
Dwar il-każ għaddejja injesta, immexxija mill-Maġistrat Abigail Critien.