Lokali Turiżmu

Ryanair tħabbar li se ttir minn Malta lejn tliet ajruporti ġodda

Matul is-sajf li ġej, il-kumpanija Ryanair se ttir lejn tliet destinazzjonijiet ġodda – l-ajruport ta’ Fiumicino f’Ruma, Belfast fl-Irlanda ta’ Fuq u Norwich fl-Ingilterra. 

Dan tħabbar f’konferenza tal-aħbarijiet mill-Kap Eżekuttiv tar-Ryanair illi qal li din is-sena l-ajruplani tagħhom se jtiru fuq 67 rotta. Dan ifisser li din se tkun l-akbar skeda li qatt ħadmet minn pajjiżna. 

Ryanair – li kienet inġiebet Malta minn Gvern Nazzjonalista – qed tantiċipa li din is-sena iġġorr aktar minn 4.5 miljun passiġġier lejn pajjiżna; żieda ta’ 22 fil-mija meta mqabbel mas-sena l-oħra.