Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet kienet organizzata l-kompetizzjoni FISTF Major of Paris bil-parteċipazzjoni ta’ Valletta Subbuteo Club u anke plejers Maltin fil-kategorija individwali
Il-kompetizzjonijiet individwali ntlagħabu s-Sibt b’dawn ikunu r-riżultati finali tal-plejers Maltin.
Derek Conti – Barrage
Jurgen Balzan – l-aħħar 32
Joseph Borg Bonaci – l-aħħar 32
Samuel Bartolo – l-aħħar 16
Pascal Scheen – semi finali
Fil-kompetizzjoni tat-timijiet Valletta SC spiċċaw l-ewwel fil-grupp wara li għelbu bi skor identiku ta’ 4-0 kontra Issy u Huy. Fil-fażi tal-aħħar 16 huma għelbu lil Belġjani Lions Eugies 2-1 biex fil-kwarti finali eliminaw lill-Ispanjoni Tiburones 2-1.
Huma għamluha għall-finali b’rebħa oħra ta’ 2-1 kontra t-Taljani ta’ SC Salernitana iżda fil-finali sabu għadma iebsa f’Bologna Tigers u tilfu bl-iskor ta’ 3-0.
It-tim ta’ Valletta SC kien kompost mill-captian Samuel Bartolo, Derek Conti, Jurgen Balzan, Joseph Borg Bonaci, Massimiliano Nastasi u Pascal Scheen.
Il-Beltin issa jkunu impenjati fl-International Open of Malta fl-aħħar ta’ dan ix-xahar.
//= $special ?>