Wara li l-Ġordan għaddew għall-ewwel finali tat-Tazza tal-Asja fl-istorja b’rebħa fuq l-Korea t’Isfel, ir-rebbieħa tal-aħħar edizzjoni li saret fl-2019, il-Qatar saru t-tieni tim fil-finali b’rebħa missielta fuq l-Iran bl-iskor finali ta’ 3-2.
Il-finali se tintlagħab is-Sibt 10 ta’ Frar fil-Lusail Stadium, l-istess post fejn intlagħbet il-finali tat-Tazza tad-Dinja 2022.
Kienu l-ran li fetħu l-iskor l-ewwel, wara li ħasdu lill-avversarji b’gowl kmieni ta’ Sadar Azmoun.
Madankollu l-Qatar rrispondew fis-17-il minuta permezz ta’ Jassem Gaber, b’ Arkam Afif jagħti l-vantaġġ momentarju lil Qatar fit-43 minuta.
L-Iran għamlu l-iskof indaqs fil-51 minuta permezz ta’ penalty ta’ Alireza Jahanbaksh fil-51 minuta, qabel Almoez Ali xeħet ġewwa għal dak li kellu jkun il-gowl tar-rebħa fit-82 minuta.
L-Iran temmew il-partita b’10 wara li tkeċċa Shojae Khalizadeh fl-aħħar minuti tal-partita.
SEMI FINALI
It-Tlieta
Ġordan v Korea t’Isfel 2-0
Illum
Iran v Qatar 2-3
FINALI
Is-Sibt 10 ta’ Frar
Ġordan v Qatar 4:00pm