Futbol Sport

Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani: Finali bejn in-Niġerja u l-Kosta tal-Avorju għall-ewwel darba fl-istorja

Il-Kosta tal-Avorju u n-Niġerja se jaffrontaw lil xulxin fil-finali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani għall-ewwel darba fl-istorja l-Ħadd 11 ta’ Frar fid-9:00pm.

In-Niġerja saru l-ewwel tim li kkwalifikaw għall-finali hekk kif li għelbu lill-Afrika t’Isfel wara l-għoti tal-penalties.

L-ewwel taqsima bla gowls, b’ William Troost-Ekong jiftaħ l-iskor wara 67 minuta permezz ta’ penaty.

L-Afrika t’Isfel skorjaw il-gowl tad-draw b’mod drammatiku biex ħadu l-partita għal ħin barrani hekk kif Teboha Mokeana xeħet ġewwa minn penalty ieħor fid-90-il minuta.

L-Afrika t’Isfel lagħbu l-aħħar 5 minuti tal-ħin barrani b’għaxra hekk kif tkeċċa Grant Kekana fil-115 minuta.

Il-penalties skorjati għan-Niġerja waslu minn Terem Moffi, Kenneth Omeru, William Troost-Eking u Kelechi Iheanacho, filwaqt li Ola Aina ma skorjax.

Il-penalties skorjati għall-Afrika t’Isfel waslu minn Mihlali Mayambela u Mothobi Mvala, b’ Teboho Mokoena u Evidence Makgopa jfallu.

Fis-semifinali l-oħra, il-Kosta tal-Avorju kien it-tim l-ieħor li għadda għall-finali b’rebħa minima fuq DR Congo ta’ 1-0.

Il-gowl tar-rebħa wasal minn Sebastian Haller fil-65 minuta mis-suġġeriment ta’ Max Gradel.

SEMI FINAL
Illum

Niġerja v Afrika t’Isfel (4-2)1-1
Kosta tal-Avorju v DR Congo 1-0
FINAL
Il-Ħadd 11 ta’ Frar
Niġerja v Kosta Tal-Avorju 9:00pm