Il-Partit Nazzjonalista kien dejjem pijunier fil-ġlieda kontra l-bidla fil-klima. Kien il-Partit Nazzjonalista li fl-2019 ressaq fil-Parlament Malti t-talba biex l-istess Kamra tiddikjara Stat ta’ Emerġenza fuq it-Tibdil fil-Klima.
Dan sostnietu x-Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika Eve Borg Bonello.
It-tnedija tal-Awtorità dwar it-Tibdil fil-Klima, speċjalment fid-dawl anke tal-għarfien dinji dwar dan is-suġġett, hu pass fid-direzzjoni t-tajba. Madankollu, għad fadal ħafna xi jsir. Matul dawn l-aħħar xhur, anke fil-ħidma parlamentari tiegħu, il-Partit Nazzjonalista ressaq ideat u proposti għall-istess Awtorità, li dak iż-żmien il-Gvern kien injora.
Il-Partit Nazzjonalista estenda għal numru ta’ drabi l-id tal-kollaborazzjoni, speċjalment anke fid-dawl li l-Abbozz tressaq b’mod mgħaġġel u li dan il-kunċett wassal għal nuqqas ta’ ċerti aspetti kruċjali u minħabba li ma saret l-ebda konsultazzjoni pubblika dwar din l-istess Awtorità.
Il-Partit Nazzjonalista ressaq dawn il-punti għar-reviżjoni:
- li jkun hemm pubblikazzjoni tar-rapporti;
- li ċ-Chairperson għandu jidher quddiem il-Kumitat Parlamentari relevanti;
- il-mod u l-kif għandhom jinħatru il-membri tal-Bord;
- rappreżentazzjoni aktar b’saħħitha ta’ stakeholders u NGOs fuq il-Bord;
- u li jkun hemm iċ-‘checks and balances’ meħtieġa
Il-Partit Nazzjonalista ssuġġerixxa wkoll li kull Ministeru relevanti għandu jkollu rappreżentant iffukat fuq it-tibdil fil-klima li jevalwa l-compliance u l-konformità ma’ obbligazzjonijiet internazzjonali marbuta mat-tibdil fil-kilma u anki jagħti pariri u li dawn l-istess rappreżantanti, finalment, mhux biss iwieġbu lill-Ministru kkonċernat, iżda wkoll liċ-Chairperson tal-Kumitat biex dan ikun jista’ jikkordina b’mod orizzontali. Dan kollu hu kruċjali biex l-istrateġiji għat-tibdil fil-klima f’Malta tkun waħda ħolistika.
L-Awtorità hi rikonoxxuta bħala waħda essenzjali biex verament nimxu ‘l quddiem u nieħdu azzjoni urġenti biex nillimitaw l-emmissjonijiet tagħna, intejbu l-kwalità tal-arja u nimmitigaw l-effetti tat-tibdil fil-klima f’pajjiżna, speċjalmet fid-dawl li Malta waqgħet sitt postijiet fil-Climate Change Performance Index is-sena li għaddiet, kif ukoll wara li l-ġimgħa li għaddiet Malta għandha l-ogħla dipendenza fuq sorsi ta’ enerġija li jniġġsu fl-Unjoni Ewropea.
//= $special ?>