Internazzjonali

Fuq sena, it-temperatura medja żdiedet b’aktar minn 1.5c

Għall-ewwel darba fl-istorja moderna, il-livell tal-global warming qabeż il-1.5 gradi celcius fuq medja ta’ sena sħiħa.

Dawn id-dettalji ingħataw mis-Servizz Ewropew tal-Klima, bil-Professur Liz Bentley tgħid li din iż-żieda fit-temperatura hi sinifikanti.

Diversi xjentisti qed jgħid li d-dinja għad għandha cans tindirizza din ir-realtà. U jekk tittieħed azzjoni urġenti biex jitnaqqsu l-emmissjonijiet…xorta jista’ jitnaqqas il-proċess li qed iwassal biex id-dinja tisħon aktar.