Lokali

“Il-PN ikabbar l-opportunitajiet u jsaħħaħ id-demokrazija”

Kien Gvern Laburista illi ta €400 miljun lil Vitals u Steward; filwaqt li lil poplu ma tah xejn. U huwa propju għal din ir-raġuni li l-PN qed ikompli jistinka ħalli jinġiebu lura l-€400 miljun li ħarġu bħala parti minn din is-serqa, sabiex il-poplu – għal darb’oħra – jerġa’ jirbaħ.

Dan intqal mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech, meta l-Ħamis filgħodu indirizza attivita socjali fid-Dar Centrali tal-PN – attivita li matulha, Beranrd Grech spjega kif se jkompli jaħdem sabiex in-nies iħarsu lejn il-PN bħala gvern alternattiv – partit li kapaċi mill-ġdid isaħħaħ id-demokrazija ta’ pajjiżna, jagħti ġustizzja xierqa kif ukoll ikabbar l-opportunitajiet.

Bernard Grech fakkar ukoll fl-iżviluppi fil-kamp Laburista… hekk kif Joseph Muscat qed jissemma’ li jista’ jikkontesta l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew.

Bernard Grech stqarr illi Robert Abela qed jinkwieta dwar din l-elezzjoni… u li Joseph Muscat irid jikkontesta għax qed jinkwieta li jispiċċa l-ħabs.

Il-Kap tal-PN temm billi rringrazzja lin-nies għall-kontribut tagħhom fil-programm specjali li twassal f’għeluq snin Eddie Fenech Adami. U stqarr illi bid-donazzjonijiet u l-appoġġ tan-nies matul is-snin, il-Partit Nazzjonalista qed ikompli jissaħħaħ.