Il-Prim Ministru ta’ Iżrael Benjamin Netanyahu, ma laqax numru ta’ proposti li l-grupp terroristiku Hamas ressaq fl-aħħar siegħat.
It-Talba prinċipali tal-Hamas kienet tinvolvi skambju ieħor ta’ ostaġġi mal-priġunieri Palestinjani miżmuma minn Izrael. Madanakollu Netanyahu qal li n-negozjar mal-Hamas ma kien qed iwassal imkien u għalhekk l-unika soluzzjoni hija r-rebħa kompleta ta’ Izrael u l-eliminazzjoni tal-Hamas. Rebħa li se tkun possibli fi ftit xhur.
Kelliema Uffiċjali f’isem l-Eġittu qalu li flimkien mal-Qatar ser ikomplu jaħdmu sabiex jintlaħaq qbil aktar tard matul il-jum. L-Eġittu talab għal sforz miż-żewġ naħat hekk kif il-Qatar iddiskriva l-lista ta’ proposti tal-Hamas bħala waħda pożittiva.
It-talbiet tal-Hamas kienu maqsuma fuq tlett fażijiet: l-ewwel fażi hija pawża mill-ġlied għal 45 ġuranta fejn fiha in-nisa Iżraeljani, l-irġiel taħt 19-il sena kif ukoll l-anzjanu u l-midruba jkunu rilaxxati.
Fit-tieni fażi l-kumplament tal-irġiel ikunu rilaxxati u fit-tielet fażi l-kumplament tal-ostaġġi l-oħra.
Waqt li Iżrael minn naħa tagħhom jirilaxxaw l-ostaġġi Palestinjani mill-ħabsijiet, jnaqqsu l-forzi tagħhom f’Gaza u jerġgħu jibnu l-isptarijiet u l-kampijiet tar-refuġjati.
//= $special ?>