Il-Princep ta’ Wales esprima ir-ringrazzjament tiegħu lejn in-nies kollha li fl-aħħar jiem wasslu messaġġi ta’ solidarjetà mal-familja Irjali – dan wara li r-Re Charles ħa l-aħbar li kellu jibda trattament kontra l-kanċer.
Il-Princep William fisser illi l-familja kollha tapprezza l-appoġġ li qed jirċievu, u s-sens ta’ sostenn f’dan il-mument diffiċli. “Dan kollu jfisser ħafna għalina”, stqarr il-Princep William meta kien preżenti għal attivita filantropika.
Għal dan l-avveniment organizzat mill-Air Ambulance ta’ Londra kien preżenti wkoll l-attur ċelebri Tom Cruise.
//= $special ?>