Raġel ta’ 45 sena mill-Imqabba li fis-17 ta’ Jannar li għadda tressaq il-Qorti u kien baqa’ miżmum taħt arrest wara li kien mixli bi vjolenza domestika fil-konfront ta’ martu u omm it-tliet uliedu, ddeċieda li jammetti l-akkuża u ngħata tliet snin probation flimkien ma’ ordni ta’ trażżin fejn il-ħati bl-ebda mod ma jista jersaq lejn il-vittma.
Isem ir-raġel, li meta tressaqa il-Qortio wieġeb mhux ħati, mhux jixxandar biex ma tinkixifx l-identità ta’ martu u wliedhom. L-Ispettur Audrey Micallef li nvestigat il-każ kienet qalet li l-vittma kien ilu jsawwat lil martu għal dawn l-aħħar disgħa snin.
Ħareġ ukoll li f’dawn l-aħħar snin il-vittma kient għaddejja minn abbuż psikoloġiku minn żewġha. Il-mara allegat ukoll li huwa kellu l-kontroll komplut tal-flus taghhom, li kienet imċaħħda mill-affarijiet bażiċi u ġiet mhedda u rredikolata diversi drabi minnu quddiem it-tfal. Hi kienet qalet lill-Ispettur li wara li kien wasal id-dar mill-għalqa kien hemm argument bejn il-koppja fejn fih spiċċa taha daqqiet ta’ ponn f’sidirha u saqajha.
Meta tressaq il-Qorti l-vittma kienet xehdet li xtaqet twaqqa’ l-proċeduri legali fil-konfront ta’ żewġha tagħha u ddikjarat li tixtieq taħfirlu. Wara li semgħet lill-parte civile, kif ukoll is-sottomissjonjiet tal-prosekuzzjoni u l-avukati difensuri, il-Maġistrat Gianella Camilleri Busuttil iżda ordnat li l-proceduri jitkomplew.
L-avukati tar-raġel, Alfred Abela u Andrew Grima, waqt it-tressiq tiegħu kienu talbu għall-ħelsien mill-arrest bil-prosekuzzjoni oġġezzjonat għax qalet li l-mara hija mbeżżgħa mill-imputat u anke hemm indħil minn missieru biex taħfirlu. Il-Maġistrat Camilleri Busuttil ċaħdet it-talba u ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq il-vittma u meta kienet se tibda l-kumpilazzjoni r-raġel iddeċieda li jammetti l-akkużi.
//= $special ?>