Lokali

Jitlesta x-xogħol tal-ewwel fażi tal-proġett ta’ restawr tal-Mużew Marittimu

lllum ġiet inawgurata wirja ġdida fil-Mużew Marritimu fil-Birgu li turi r-rabta ta’ pajjiżna mal-baħar.

Din il-wirja qed tittella’ fi tmiem l-ewwel fażi tal-proġett ta’ restawr li qed isir f’dan il-Mużew – liema proġett hu kofinanzjat minn Fondi Ewropej, u fondi mill-Grants Norveġiżi.

Permezz ta’ din il-wirja l-istorja rikka ta’ pajjiżna, qed tiġi ppreservata, u barra minn hekk qed ikompli jingħata l-ħajja lill-patrimonju kulturali ta’ pajjiżna.

Fil-wirja qed jiġu esibiti oġġetti jvarjaw minn pitturi differenit; inkluża dik li hi maħsuba li hi l-eqdem waħda li nafu biha f’pajjiżna li turi l-Battalja ta’ Lepanto … sa strumenti antiki għall-ivjaġġar fuq il-baħar.

L-ewwel fażi tal-proġett li ġiet finaliżata tinkludi r-riġenerazzjoni tal-aktar partijiet li kellhom bżonn restawr fil-binja kif ukoll t-twaqqif tat-Taqsima tad-Diġitizzazzjoni fi ħdan Heritage Malta.

Mid-9 ta’ Frar, il-Mużew Marittmu se jkun miftuħ kuljum, apparti t-Tlieta, mid-9.00am sal-5.00pm matul Frar, u mill-10.00am sas-6.00pm bejn Marzu u Diċembru. Il-mużew huwa aċċessibbli wkoll għal persuni li jużaw siġġu tar-roti