Wara li fl-aħħar xhur u ġimgħat il-pubbliku kien xokkat b’ritratti ta’ ġrieden fl-Għassa tal-Pulizija fil-Ħamrun, u f’liema kundizzjonijiet kienu qed jaħdmu l-uffiċjali – il-Korp ħabbar li l-Għassa tal-Ħamrun se tkun qed tingħalaq temporanjament bil-għan li jinbeda xogħol estensiv ta’ rinnovar.
Il-pubbliku kien infurmat li se jkun jista’ jaċċessa s-servizzi tal-Pulizija tad-Distrett minn Għassa temporanja fi Pjazza San Pawl, fil-Ħamrun….filwaqt li s-servizzi tal-Uffiċċju se jiġu rilokati għall-Għassa tal-Pietà li tinsab biswit l-Isptar San Luqa.
//= $special ?>