Futbol Sport

Malta fil-grupp mal-Moldova u Andorra

Fil-UEFA Nations League, Malta se tkun qed tilgħab fi Grupp D2 flimkien mal-Moldova u Andorra. Minn naħa l-oħra Grupp D1 huwa ffurmat minn Ġibiltà/l-Litwanja, San Marino u Liechtenstein.

Il-partiti se jkunu qed jintlagħbu bejn Settembru u Novembru li ġej.

Intant, minn League A, jispikka Grupp A2 fejn hemm l-Italja, il-Belġju, Franza u Iżrael. Minn League B, jispikka Grupp B2, fejn hemm l-Ingilterra, l-Finalndja, l-Irlanda u l-Greċja.

Il-gruppi kollha:

League A

Grupp A1: Kroazja, Portugall, Polonja, Skozja

Grupp A2: Italja, Belġju, Franza, Iżrael

Grupp A3: Olanda, Ungerija, Ġermanja, Bosnija

League B

Grupp B1: R. Ċeka, Ukranja, Albanija, Ġorġja

Grupp B2: Ingilterra, Finalandja, Irlanda, Greċja

Grupp B3: Awstrija, Norveġja, Slovenja, Kazakhstan

Grupp B4: Wales, Iżlanda, Montenegro, Turkija

League Ċ

Grupp Ċ1: Żvezja, Azerbaijan, Slovakkja, Estonja

Grupp Ċ2: Rumanija, Kossovo, Ċipru, Litwanja/Ġibiltà

Grupp Ċ3: Lussemburgu, Bulgarija, Irlanda ta’ Fuq, Belarus

Grupp Ċ4: Armenja, Gżejjer Faroe, Maċedonja, Latvja

League D

Grupp D1: Litwanja/Ġibiltà, San Marino, Liechtenstein

Grupp D2: Moldova, Malta, Andorra