Il-Partit Nazzjonalista permezz tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech u x-Shadow Minister tas-Saħħa Adrian Delia ma oġġezzjonawx biex l-Imħallef Toni Abela jisma’ l-kawża biex jiġu rkuprati €400 miljun misruqa b’mod frawdolenti. Il-partijiet l-oħra fil-kawża wkoll ma oġġezzjonawx biex l-Imħallef Abela jisma’ l-kawża.
“Tafu min jien, x’kont u fejn kont, dik li nattendi l-laqgħat tal-kabinett, bħala konsulent tal-Prim Ministru. Ħadt ma avviċinani biex nagħti xi parir dwar din is-sitwazzjoni
Kont nokkupa pożizzjoni ta’ natura politikla qabel ma ġejt elevat għal Imħallef. politika. Jien qed niddikjara li qatt ma tajt parir fuq din il-materja, għaldaqstant qed nistieden lill-partijiet jiddikjawraw jekk jien għandix nisma’ din il-proċedura jew le.
L-Avukat Edward Debono li qed jidher għall-Kap tal-PN Bernard Grech u għad-deputat Nazzjonalista Adrian Deli qal li ma hemm l-ebda oġġezzjoni. Għaldaqstant l-Imħallef qal li kien se jippresiedi l-kawża inkwistjoni.
Dr. James D’Agostino li qed jidher għall-Avukat ta’ l-Istat qal li biex ma jinħeliex ħin jissuġerixxi li peress diġa saru xi sottomiossjonijiet u li dawn ġew reġistrati, qal li l-Qorti għanha toqgħod fuq dawn is-sottomisjonijiet li saru quddiem Qorti diversament preseduta.
L-Imħallef qal li kien se jagħti digriet fuq it-talba tal-Kabinett aktar tard biex ikun parti mill-kawża. Dan kollu seħħ fid-dawl tal-fatt li l-Imħallef Giovanni Grixti kien irreku’a ruħu mill-każ minħabba kunflitt ta’ interess.
Fil-fatt wara ġie deċiż li l-Imħallef Abela se jkun qed permezz ta’ digriet li se jagħti fil-15 ta’ Frar fil-11.15am. jekk jilqax it-talba tal-Gvern u l-kabinett biex ikun parti mill-kawża. Fis-seduta ta’ wara li se ssir fit-13 ta’ Marzu li ġej fl-10am. l-Imħallef se jisma’ l-provi kollha sas-1pm. u f’każ li dawn ma jkunux eżawriti jkompli jisma’ fl-istess jum wara nofs inhar.
Il-PN qed jgħid li l-intervent tal-Gvern u l-kabinett f’din il-kawża huwa intiż biex biex jippruvaw jagħmlu mażżra lill-Avukat tal-Istat. Din hi r-raġuni li l-Gvern irid jintervjeni biex jaġixxi sabiex ma jaġixxix kontra min aġixxa dolożament u in kollużjoni ma’ Vitals u Steward.
L-Avukat Edward Debono qed jgħid li bil-Gvern parteċipi f’din is-serqa jkun perikoluż li l-Gvern ikun qed jagħmel parti mill-kawża. L-Avukat Debono diġa kien qal li hawn mhux fuq il-poteri li għandu l-Gvern qed nitkellmu, imma d-doveri li għandu l-Avukat tal-Istat fejn il-Kostituzzjoni tgħid li jrid jaġixxi fil-funzjoni li tagħtih l-istess Kostituzjoni, dritt li jaġixxi fil-ġudizzju individwali tiegħu u taħt l-ebda kontroll ta’ persuna a jew xi awtorita, kif irid il-Gvern.
L-avukati Edward Debono u Nicholas Debono qed jassistu lil Grech u Delia. L-Avukat tal-Istat Chris Soler, flimkien mal-avukati James D’Agostino u Julian Farrugia, irrappreżentaw lill-Uffiċċju tal-Avukat tal-Istat, filwaqt li l-avukati Ian Borg, Maurizio Cordina u Chris Cilia irrappreżentaw lill-Gvern ta’ Malta u lill-Kabinett tal-Ministri.