Raġel ta’ 50 sena residenti r-Rabat, Għawdex sofra ġrieħi serji wara li waqa’ minn fuq sellum waqt li kien qed jagħmel xi tiswijiet f’fabbrika.
L-inċident seħħ fis-7 ta’ Frar, għall-ħabta tas-sitta u nofs ta’ filgħaxija, fi Triq Jean De La Valette fix-Xewkija.
Fuq il-post il-ħaddiem ingħata l-għajnuna minn tim mediku u wara ttieħed l-Isptar Ġenerali t’Għawdex.
Il-Maġistrat tal-Għassa Simone Grech ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija u tal-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà Fuq il-Post tax-Xogħol għadhom għaddejjin.
Dan kien it-tieni incident fl-istess jum wara li kmieni filgħodu, ħaddiem minn Birkirkara spiċċa fl-ITU wara li waqa’ sular f’binja fil-Ħamrun, fejn għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni.
//= $special ?>