Negozjaturi mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea laħqu ftehim dwar regoli ġodda li jindirizzaw il-vjolenza kontra n-nisa.
F’kumment mat-tħabbira tal-ftehim, il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola qalet li hija kburija li l-Ewropa qed twettaq dak li twiegħed, b’din l-ewwel direttiva maħsuba biex tkun miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa.
“Il-vittmi għandhom bżonn l-appoġġ. Dawk li jwettqu aggressjoni jeħtieġ jaffaċċjaw il-konsegwenzi u jkunu ikkastigati. In-nisa jixirqilhom aktar protezzjoni. M’aħniex se nieqfu hawn” saħqet Roberta Metsola.
Dawn ir-regoli l-ġodda se jwasslu biex reati kontra nies pubbliċi, ġurnalisti, reati b’intenzjoni li jattakkaw lil xi ħadd abbażi tal-orjentazzjoni sesswali, kulur tal-ġilda, jew twemmin… jitqiesu bħala reati kriminali b’konsegwenzi aktar gravi.
Se jkun hemm regoli speċifiċi li jiġġieldu reati online, inkluż it-tixrid ta’ materjal intimu.
Jaħsbu wkoll illi jitjiebu l-proċeduri biex jipproteġu s-sigurtà tal-vittmi, li jieħdu in konsiderazzjoni id-diskriminazzjoni u l-aċċess għas-servizzi tas-saħħa.
Ir-regoli Ewropej ghandhom l-għan li jissaħħu r-riżorsi tal-awtoritajiet biex jiġbru u jirrapurtaw l-evidenza.
Din il-pjaga soċjali hija realta li jeħtieġ tiġi ndirizzata anke f’pajjiżna. Fil-fatt, xahar ilu, inqatlek Sandra Ramirez f’Tas-Sliema, qtil li segwa dawk ta’ Bernice Cassar, Pelin Kaya u Paulina Dembska fl-aħħar sentejn biss.
//= $special ?>