Numru ta’ residenti li tkellmu ma’ Net News fl-aħħar sigħat esprimew magħna l-inkwiet tagħhom wara li ġew rappurtati diversi serqiet minn residenzi fis-Siġġiewi. B’uħud jgħidu li dan huwa “ċirku ta’ kriminalità” li qed ibeżża’ lill-istess residenti.
Dan is-sit jista’ jikkonferma li fl-aħħar jiem kien hemm numru ta’ serqiet minn toroq partikolari tas-Siġġiewi.
Apparti minn hekk, kien hemm ħallelin li daħlu wkoll fil-bar tal-każin tal-banda.
Sfortunatament, dan huwa fenomenu li qed iħasseb sew lin-nies tas-Siġġiewi. B’uħud jistqarru magħna li hemm bżonn tittieħed azzjoni immedjata.
//= $special ?>