“Wara ġimgħat intensivi ta’ negozjati, intlaħaq ftehim li se jsaħħaħ id-drittijiet ta’ miljuni ta’ persuni b’diżabilità madwar l-Unjoni Ewropea”.
Dan iddikjarah il-Membru Parlamentari Ewropew David Casa, in-negozjatur tal-Partit Popolari Ewropew dwar il-Karta tad-Diżabilità tal-UE u l-Karta tal-Parkeġġ tal-UE – dikjarazzjoni li għamel wara li intlaħaq ftehim sabiex 100 miljun persuna jibbenefika mit-tisħiħ tad-drittijiet tad-diżabilità.
Din id-direttiva se tipprovdi lil dawk li jgħixu b’diżabilità u li qed jivvjaġġaw fl-Unjoni Ewropea ikollhom aċċess aktar b’saħħtu għas-servizzi.
Din id-direttiva tiżgura l-libertà għal moviment ħieles lil dawk b’diżabilità – xi ħaġa li suppost hi garantita mill-liġi Ewropea.
David Casa qal illi kulħadd għandu d-dritt jivvjaġġa bla xkiel, iżda hemm persuni bi bżonnijiet speċjali ta’ aċċess li jsibu iżjed ostakli, u l-appoġġ inadegwat hu diskriminatorju.
B’hekk, sostna l-MEP Nazzjonalista, din id-direttiva l-ġdida se telimina dawn l-isfidi, issaħħaħ l-inklużjoni, filwaqt li ttejjeb il-kwalità tal-ħajja ta’ madwar 100 miljun persuna.
David Casa irringrazzja lir-rapporteurs l-oħra li kienu involuti fil-ħidma biex din l-idea ssir realta, u sostna li se jkompli jaħdem għal vot qawwi fil-plenarja li se ssir aktar tard din is-sena.
//= $special ?>