Sewwieq ta’ mutur żagħżugħ minn Ħal Qormi kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Reġjonali f’Santa Venera.
Il-każ seħħ ftit wara s-sagħtejn tal-Ħamis waranofsinhar meta mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-mutur misjuq mill-vittma ta’ 25 sena kellu impatt ma’ vann misjuq minn raġel ta’ 66 sena minn Ħaż-Żebbuġ….bil-konsegwenza li kellu impatt ieħor, din id-darba fuq il-karreġjata opposta…ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 85 sena mis-Swieqi.
Fil-post ġie imsejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħa lil Qormi l-isptar għal aktar kura…fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
//= $special ?>