Il-Pulizija Maltija wettqet b’suċċess Mandat ta’ Arrest Ewropew fil-konfront ta’ ċittadin Taljan ta’ 50 sena, li huwa mfittex mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku tal-Qorti ta’ Brindisi.
L-operazzjoni tal-arrest saret kmieni l-Ħamis filgħodu wara ġimgħat ta’ investigazzjonijiet fejn ġie stabbilit li l-persuna qiegħda tgħix il-Mosta. Pulizija minn diversi taqsimiet iċċirkondaw ir-residenza fejn qiegħed jgħix u ġie arrestat.
L-awtoritajiet Taljani kienu ħarġu mandat ta’ arrest fil-konfront tat-Taljan, fl-24 ta’ Jannar tal-2022, sabiex jiskonta sentenza ta’ priġunerija. L-operazzjoni ta’ dalgħodu saret bilkollaborazzjoni mal-Pulizija Taljana.
Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti l-Ħamis, għal xi 12:00 quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Giannella Camilleri Busuttil biex jibdew il-proċeduri ta’ estradizzjoni lejn l-Italja.
//= $special ?>