Jani Cela, Albaniż ta’ 34 sena, mingħajr indirizz fiss inżamm arrestat wara ġie mixli li nhar l-Erbgħa li għaddew u fil-ġranet ta’ qabel fil-Ħamrun u f’inħawi oħra ta’ Malta żamm arma tan-nar li kienet ikkargata bil-munizzjoni u lesta biex tintuża’.
L-Ispettur Lydon Zammi qal li nhar l-Erbgħa Pulizija mill-Għassa tal-Ħamrun kienu fuq ronda u osservaw karozza li kienet għadha kif għamlet u turn u għalhekk kisret ir-regolamenti tat-traffiku. Kif għamlulha sinjal biex tieqaf din baqgħet issuq għal diversi metri.
Wara iżda waqqfuha u rriżulta li hi kienet ma’ persuna oħra, wkoll ta’ nazzjonalità Albaniża. Saret tfittxija fuq il-persuni u nstabet arma irregolari. Fil-pouch ta’ Cela instabet arma b’ħames bullets fiha. L-Ispettur Zammit kompla jgħid li waqt l-investigazzjonijiet irriżulta li l-karozza ma kinitx reġistrata fuqu u li l-akkużat kriha fuq isem ħaddieħor.
Ma kien hemm l-ebda kontestazzjoni fuq l-arrest mid-difiża. Il-Maġistrat Joseph Gatt qal lill-akkużat li l-aktar reat gravi l-arma u l-munizzjoni li jista’ jwassal għal massimu ta’ 10 snin ħabs. Huwa qal lill-Qorti li qabel kien jgħix Marsaskala u issa qed jgħix għand il-ħbieb tiegħu. Tenna li fil-preżent qed jaħdem f’ħanut tax-xorb u qabel kien jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni.
Cela, ġie mixli wkoll li fid-29 ta’ Jannar 2024 għamel uzu ta’ ismijiet foloz jew kwalifiki foloz jew bill inqeda b’qerq iehor, ingann jew billi juri ħaġa b’oħra sabiex iġiegħel titwemmen l-eżistenza ta’ intrapriżi foloz biex jagħmel qligħ bi hsara ghad-dannu ta’ diversi persuni.
Ġie mixli wkoll li Talli nhar is-7 ta’ Frar li għadda għal ħabta ta’ 9.45pm. u fil-ġranet ta’ qabel saq qed vettura Peugeot 107 mingħajr licenzja tas- sewqan mahruga mill- Awtorita ta’ Transport ta’ Malta u mingħajr ma kien kopert b’polza dwar ir-riskji ghat- terzi persuni. Li saq l-karozza b’manjiera perikoluża u traskurata.
Cela ġie mixli wkoll li nhar l-Erbgħa, ġewwa Triq il-Kbira San Guzepp, fil-Ħamrun, għal ħabta ta’ 9.45pm ma obdix l-ordnijiet leġittimi tal-kuntistabbli Ramona Magro u Noa Bijam Bongailas, u li ma ħallihomx u fixkilhom waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispetturi Lydon Zammit u Sarah Kathleen Zerafa. Għal Cela dehret l-Avukat Roberta Bonello, li f’dan l-istadju ma’ għamlet l-ebda talba għall-pleġġ, hekk kif issa l-każ ikompli quddiem Maġistrat ieħor.
//= $special ?>