Aktar kmieni llum għall-ħabta ta’ nofsinhar, anzjan ta’ 78 sena residenti l-Imġarr spiċċa jissielet għal ħajtu wara li ttajjar minn mutur fi Triq Għajn Tuffieħa, l-Imġarr.
Il-mutur kien qed jinstaq minn raġel ta’ 33 sena residenti l-Mellieħa.
L-anzjan ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi serji.
Ix-xufier tal-mutur mar għall-kura ġewwa Ċentru tas-Saħħa u ġie ċċertifikat li kellu ġrieħi ħfief.
Il-Maġistrat tal-Għassa Joseph Gatt kien infurmat bil-każ u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>