Lokali

“Il-Gvern qed jiftaħar dwar awtorità kontra t-tibdil fil-klima li l-PN ilu jinsisti dwarha” – PN

“Wara li ilu s-snin ikaxkar saqajh biex jieħu azzjoni u jindirizza l-isfidi tat-tibdil fil-klima, issa l-Gvern qed joħroġ stqarrija wara l-oħra jiftaħar li ddeċieda li joħloq l-Awtorità għall-Azzjoni dwar il-Klima wara li l-Partit Nazzjonalista ilu jinsisti li din l-Awtorità għandha tidħol fis-seħħ.”

Kien dan li ntqal fi starrija miktuba mix-Shadow Minister għat-Tibdil fil-Klima u l-Indafa Pubblika, Eve Borg Bonello f’isem il-Partit Nazzjonalista fejn tkompli tgħid li l-Partit Nazzjonalista jfakkar li ilu mill-2019 li fil-Parlament ressaq it-talba biex ikun iddikjarat Stat ta’ Emerġenza fuq it-Tibdil fil-Klima.

L-istqarrija tkompli li min-naħa tiegħu, Robert Abela u l-Gvern tiegħu għażlu li jibqgħu jkaxkru saqajhom, tant li ħlew ħames snin qabel ma bdew jagħmlu xi ħaġa.