Mara sofriet feriti ħfief wara li kienet involuta f’ħabta bejn karozza sewda tal-għamla BMW u vann pick-up tal-għamla Isuzu.
Il-każ seħħ fil-Mosta, ftit qabel il-11 ta’ bil-lejl, vicin ir-round about ta’ Tarġa Gap. Fil-post kienu msejjħa membri tal-Protezzjoni Ċivili u pulizija mill-Għassa tal-Mosta.
Il-BMW kienet misjuqa minn żagħżugħ ta’ 23 sena minn Birkirkara filwaqt li l-pickup kien misjuq minn raġel ta’ 67 sena minn Ħal Kirkop.
Iż-żewġt irġiel, fortunatament, ma sofrew ebda ġrieħi. Iżda l-mara – li kienet passiġġiera fil-karozza – weġġgħet ħafif, u kellha tittieħed l-isptar Mater Dei minn tim mediku li ssejjaħ fil-post.
//= $special ?>