Lokali Saħħa

“Qed nonfqu għexieren ta’ ewro kull xahar” – persuni li jieħdu ħsieb tfal b’diżabbiltà

L-inklużjoni għandha tkun fiċ-ċentru tal-edukazzjoni. Dan kien is-sentiment tan-nies, illi ħareġ b’mod mill-aktar evidenti waqt il-programm Feedback tal-Ħamis fuq NETFM.

Waqt diskussjoni dwar id-diżabbilta, li matulha kien hemm mistiedna s-Shadow Minister għall-Inklużjoni u l-Volontarjat, Graziella Galea, iddomina l-fatt li l-edukazzjoni – kif inhi bħalissa – ma tinkludix l-abbiltajiet differenti u studenti li għandhom xi tip ta’ diżabbiltà.

Omm li tkellmet fuq NETFM staqsiet, kif ma hemmx policies implimentati rigward it-tfal b’abbiltajiet akkademċi differenti – fejn saħqet li l-kapijiet tal-iskola jieħdu ċertu deċiżjonijiet mingħajr guidelines li wieħed għandu jimxi magħhom. Dan filwaqt illi esprimiet it-tħassib dwar il-mediċini tal-ADHD li jinsabu out-of-stock, mediċini li l-familji Maltin qed ikollhom iħallsu minn buthom.

L-omm stqarret illi apparti l-mediċini out-of-stock ikollha tħallas ukoll terapiji li għandu bżonn it-tifel tagħha minn butha – dan għaliex ma tiġix offruta għajnuna f’dan ir-rigward.

Irrabjata…l-omm semmiet kif apparti dawn it-tbatijiet illi jaffaċjaw familji bit-tfal li jkollhom diżabbilta ta’ kull forma, it-tfal bl-ADHD, li jkollhom każ miftuħ mac-Child Development Assessment Unit..jingħalqilhom il-każ kif huma jilħqu l-eta ta’ 5 snin.

Fid-dawl ta’ dan, il-Partit Nazzjonalista ilu xhur jaċċenna fuq l-importanza li persuna b’diżabbilta ma għandiex ikollha tmur minn Ministeru għall-ieħor sabiex tibbenifika mis-servizzi tal-Gvern. Dan għaliex għandha tingħata prijorita lid-dinjita ta’ dawn il-persuni.