Lokali

Residenti tad-Dar tal-Providenza bil-karru tagħhom tar-Re tal-Karnival

Din is-sena, ir-residenti tad-Dar tal-Providenza ħadmu karru tar-Re tal-Karnival li permezz tiegħu se jkunu jistgħu jipparteċipaw f’attività tal-Karnival li ser issir fil-Pjazza tas-Siġġiewi nhar it-Tnejn bejn is-2:00pm u s-6:00 pm.

L-attività se tkun tinkludi wkoll il-partiċipazzjoni ta’ ħames skejjel taż-żfin kif ukoll żfin minn persuni b’diżabilita li jattendu ċ-Ċentru tal-Imtarfa.  Se jkun hemm ukoll logħob għat-tfal organizzzat mill-Grupp tal-Iscouts tas-Siġġiewi filwaqt  li membri tal-Protezzjoni Ċivili u tal-Korp tal-Pulizija se jkunu qed jesebixxu xi vetturi li jużaw fil-ħidma tagħhom.

Din l-attività, li se tkun qed issir b’risq id-Dar tal-Providenza.