Rosianne Cutajar waqqghet il-libell li kienet fetħet kontra kontra Mark Camilleri – bl-awtur jinsisti li din hija konferma ta’ ħtija minn naħa tagħha, u li kienet hi li beżgħet minn dawn il-proċeduri fil-Qorti wara li Camilleri stess kien kixef il-manuvri li għamlet biex “titħanżer”.
Mark Camilleri insista illi dan l-aġir minn naħa tagħha – wara tliet snin ta’ attakki – huwa inaċċettabbli. Dan filwaqt illi insista li mhux ser jippermetti li min hu fil-poter jimxi b’dan it-tip ta’ bullying.
Mark Camilleri qal li mhux se jaccetta l-irtirar tal-libell. Minflok se jkun qed jipprepara d-dokumenti neċessarji lill-pulizija sabiex Rosianne Cutajar tiġi prosekutata kriminalment. Huwa insista li bi kwerela l-pulizija jkunu obbligati jieħdu azzjoni bilfors.
Fuq Facebook, Rosianne Cutajar ikkonfermat illi riċentament għamlet talba fi ħdan l-istrutturi tal-PL dwar ir-ritorn taghha fil-Grupp Parlamentari.
U qalet illi b’rispett lejn dan il-proċess fi ħdan l-istrutturi tal-partit, u minhabba l-fatt li ċ-ċirkustanzi, u l-prijoritajiet f’ħajtha inbidlu totalment…ħasset li m’huwiex utli u importanti li tkompli bil-proċeduri legali li fetħet 3 snin ilu.
Hi qalet illi qed tħares ‘l quddiem biex tkompli naħdem fost in-nies u għan-nies; b’dikjarazzjoni li kważi kważi hi konferma li diġa’ ġiet milqugħa lura fil-Grupp Parlamentari Laburista.
//= $special ?>