Ir-riserva tad-demm niżlet drastikamentu għalhekk hemm bżonn ta’ kull tip ta’ demm, fostom 71 borża A Positive u 86 borża O Positive.
Il-Bank tad-demm qed ifakkar li l-pazjenti qed jistennew lil pubbliku biex jagħtu demm sabiex ikunu jistgħu isirulom l-operazzjonijiet u jieħdu t-trasfużjonijiet meħtieġa.
Il-bank tad-demm huwa miftuħ illum mit–8am sas-6pm.
Iktar informazzjoni dwar l-għoti tad-demm tista’ tinkiseb minn www.blood.gov.mt , Facebook page https://www.facebook.com/bloodmalta u Instagram page https://www.instagram.com/blooddonationmalta_official/
Wieħed jista’ wkoll iċempel 79307307 jew Freephone 80074313 biex jistaqsi xi diffikultajiet li jista’ jkollu.
Intant trasport b’xejn jista’ jiġi provdut ukoll billi min hu nteressat li jagħti d-demm iċempel fuq 80074313.