Mit-12 ta’ Frar se jiftħu l-applikazzjonijiet għal min jixtieq iservi bħala Assistent Kummissjonarju Elettorali (AEC) matul l-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali u dawk tal-MEPs fit-8 ta’ Ġunju ta’ din is-sena.
Wieħed għandu jieħu l-applikazzjoni tiegħu personalment flimkien mal-karta tal-identità fid-Dar Ċentrali, tal-Pietà, bil-ħinijiet tal-ftuħ huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa mit-8 am sas-7pm.
L-applikazzjonijiet jagħlqu fit-8 ta’ Marzu.
Eventwalment, min japplika jkun mistieden biex jattendi għal sessjoni ta’ taħriġ li ssir mill-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>