Qed jiġi deskritt bħala miraklu wara li tifla ta’ 3 snin instabet qawwija u sħiħa wara 60 siegħa taħt it-tifrik.
Dan hekk kif it-Tlieta li għadda n-naħa t’isfel tal-Filippini intlaqat minn valanga li s’issa ħalliet 28 persuna mejta dan filwaqt li 77 persuna għadhom rappurtati nieqsa.
L-awtoritajiet qalu li kienu tilfu kull tama li wara 3 ijiem kienu se jsibu n-nies ħajjin iżda din it-tifla provditilhom kuraġġ li għad baqa’ xi nies ħajjin.
Intant, il-ħaddiema tas-salvataġġ kellhom iwaqqfu l-operazzjoni li kienet għaddejja hekk kif matul il-jum tas-Sibt l-istess żona intlaqtet minn terremot qawwi iżda kollox qed jindika li ħadd ma weġġà kaġun ta’ dan it-terremot.
//= $special ?>