Ikompli l-kampjonat Premier fl-Ingilterra fejn wara r-rebħa ta’ Arsenal fuq Liverpool il-ġimgħa l-oħra, issa t-taqtiegħa għar-rebħ tat-titlu hi waħda miftuħa beraħ.
Mingħajr dubju li l-ikbar favoriti jibqgħu Manchester City li jridu jwaqqfu rekord li jirbħu t-titlu għar-raba’ sena konsekuttiva
It-telfa ta’ Liverpool fl-Emirates Stadium tpoġġi lil City potenzjalment fl-ewwel post, għaliex jekk jirbħu l-logħba li għandhom nieqsa, it-tim ta’ Pep Guardiola jitla’ fil-quċċata.
Intant fi tmiem din il-ġimgħa kemm Liverpool kif ukoll Manchester City għandhom konfront relattivament faċli f’darhom, filwaqt li Arsenal li jinsabu fit-tielet post se jkollhom impenn iktar diffiċli fil-London Stadium meta jilagħbu kontra West Ham f’wieħed mill-ħafna derbies ta’ Londra.
F’Anfield Liverpool għandhom jirritornaw għar-rebħ wara ż-żelqa kontra Arsenal meta jilqgħu lil Burnley li jinsabu jissieltu kontra r-relegation.
Anki Manchester City m’għandhomx ifallu meta fl-Etihad Stadium jospitaw tim ieħor fl-inkwiet tar-relegation, Everton.
L-iktar konfront mistenni jintlagħab għada fejn Arsenal issa mistennija li jkomplu fejn ħallew wara r-rebħa kontra Liverpool u jkomplu jżidu l-pressjoni fuq Man City u Liverpool. Mhux se tkun faċli kontra t-tim immexxi minn David Moyes li jafu jqumu għall-okkażjoni u jagħtu xi gambetta lill-Gunners.
Logħba oħra nteressanti għandha tkun dik bejn Tottenham u Brighton, fejn Spurs jippruvaw ikomplu jissieltu għal post fiċ-Champions League staġun ieħor.
Illum
13:30 Man City v Everton
16:00 Fulham v Bournemouth
16:00 Liverpool v Burnley
16:00 Luton v Sheffield U
16:00 Tottenham v Brighton
16:00 Wolves v Brentford
18:30 Nottingham v Newcastle
Għada
15:00 West Ham v Arsenal
17:30 A. Villa v Man Utd
It-Tnejn
21:00 C. Palace v Chelsea
//= $special ?>