Liverpool żammew l-ewwel post fil-Premiership grazzi għal rebħa ta’ 3-1 fuq Burnley f’Anfield.
Manchester City żammew il-pass mar-Reds b’rebħa ta’ 2-0 kontra Everton, filwaqt li Tottenham kisbu rebħa drammatika fuq Brighton biex issa jinsabu fir-raba’ post.
L-verpool kellhom jistennew sal-31 minuta biex fetħu l-iskor permezz ta’ Diogo Jota u eżatt qabel l-intervall it-team immexxi minn Vincent Kompany kiseb id-draw b’daqqa ta’ ras ta’ O’Shea.
Fit-tieni taqsima Luis Diaz reġa’ poġġa lil Liverpool fil-vantaġġ fit-52 minuta u għaxar minuti mit-tmiem kien Darwin Nunez b’daqqa ta’ ras li għalaq il-logħba bit-tielet goal.
Manchester City ma setgħu jinfdu d-difiża ta’ Everton fejn minkejja l-pussess kontinwu tal-ballun Manchester City ma kellhomx tentattiv fil-lasta sas-76 minuta, sakemm Erling Haaland b’xutt mill-viċin għeleb lil Pickford.
Ħames minuti mit-tmiem pass preċiż ta’ De Bruyne lejn Haaland li qabeż lil Branthwaite u għeleb lil Pickford b’xutt fil-baxx.
Rebħa drammatika għal Tottenham f’logħba mimlija emozzjonijiet kontra Brighton.
Kienu Brighton li fetħu l-iskor minn penalty ta’ Gross u fil-61 minuta Tottenham kisbu l-goal tad-draw permezz ta’ Sarr.
Fis-96 minuta kontra x-xejra tal-logħob, kontrattakk ta’ Spurs fejn is-sostitut Son qassam lejn is-sostitut Ben Johnson li spara fis-saqaf tax-xibka.
Fin-naħa t’isfel rebħa mportanti għal Sheffield United li rebħu 3-1 għand Luton.
Riżultati
Man City v Everton 2-0
Fulham v Bournemouth 3-1
Liverpool v Burnley 3-1
Luton v Sheffield U 1-3
Tottenham v Brighton 2-1
Wolves v Brentford 0-2
Nottingham v Newcastle 2-3
Il-Ħadd
15:00 West Ham v Arsenal
17:30 A. Villa v Man Utd
It-Tnejn
21:00 C. Palace v Chelsea
//= $special ?>