Festi Kultura Lokali

IL-KARNIVAL SPONTANJU: Il-ħnieżer bit-tabella ‘Kulħadd Jitħanżer’ fost l-aktar li spikkaw

Hekk kif bħalissa għaddej il-karnival spontanju f’Għawdex, illi jiġbed lejn in-Nadur eluf ta’ żgħażagħ, spikkaw diversi kostumi tal-Karnival.

Grupp ta’ żgħażagħ liebsin ta’ ħnieżer – b’tabella li tgħid ‘Kulħadd jitħanżer’, huwa l-iktar grupp li spikka din is-sena fost kostumi spontanji oħrajn.

Din il-frażi tmur lura għal Marzu li għadda .. hekk kif l-eks Delegat Laburista Mark Camilleri kien ippubblika chats li jammontaw għal iktar minn 2,000 messaġġ bejn l-eks deputat Laburista Rosianne Cutajar u l-imprenditur Yorgen Fenech, u li żvelaw informazzjoni sensittiva li tirrigwardja personaġġi għolja fi ħdan il-Gvern tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat.

F’messaġġ partikolari, l-eks deputat Laburista Rosianne Cutajar kienet ikkonfermat illi fi ħdan il-Labour la kulħadd kien qed jitħanżer, titħanżer hi wkoll.

Tant kisbet popolarità din il-frażi sarkastika li anka fil-Karnival spontanju tan-Nadur – spiċċat għamlet suċċess.