Fi stqarrija bi dritt ta’ risposta, il-Ministru Owen Bonnici irribatta dak li qal ilbieraħ meta kwota dak li intqal mill-PBS dwar it-tneħħija tal-udjenza u l-fatt illi dan – skont il-PBS – jgħin fil-livell tal-Malta Eurovision.
Il-Ministru Bonnici qed jinsisti illi hu fl-ebda mument ma qal li l-udjenza kienet qed ixxekkel il-livell tal-festival. U attakka lil Net News billi stqarr li dan intqal “bi skop malinn”.
Owen Bonnici qal ukoll li r-rapport tal-bieraħ kellu kwotazzjoni fittizja u ivvintata.
Fil-verità, Owen Bonnici kien qed jikkwota lix-Xandir Pubbliku meta qalilna: “…il-PBS ried isaħħaħ il-livell”.
Fl-istess tweġibiet, il-Ministru lanqas kien kapaċi jwieġeb jekk is-sena d-dieħla l-Malta Eurovision hux se jixxandar bl-istess format.
//= $special ?>