Fl-10 ta’ Frar pajjiżna jfakkar in-Nawfraġju ta’ San Pawl; ċelebrazzjoni li għandha timbru nazzjonali, għaliex kienet din il-ġrajja tan-nawfraġju li mmarkat l-istorja ta’ nazzjon sħiħ.
Is-Sibt filgħodu, fil-Kappella ta’ San Pawl tal-Ħġejjeġ saret quddiesa solenni mill-Arċisqof Charles Scicluna, fejn sostna li San Pawl wera sinjali ta’ qawwa u preżenza fostna fost l-oħrajn meta fejjaq lil missier San Publiju.
Monsinjur Scicluna qal li f’jum bħal dan inkunu qed niċċelebraw xi ħaġa li qiegħda fl-iskrittura u li ġrat fostna.
Apparti minn hekk huwa fakkar fil-ħames doni li Dun Karm Psaila jsemmi fl-Innu Malti u saħaq li preżentament għandna bżonn lil Allla sabiex il-poplu jħaddem dawn id-doni. Monsinjur Scicluna tkellem ukoll dwar l-importanza li jkun hawn il-paċi fid-dinja.
Intant din is-sena… il-festi esterni ta’ San Pawl fil-Belt Valletta se jsiru fl-24 ta’ Frar hekk kif f’dawn il-jiem, fil-kapitali, qed isiru ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Karnival.
//= $special ?>