Inter għamlu pass ieħor lejn ir-rebħ tal-20 kampjonat meta f’xita qalila fi Stadio Olimpico għelbu lil Roma 4-2 f’logħba spettakolari.
Bis-saħħa ta’ din ir-rebħa, issa Inter għandhom vantaġġ ta’ seba’ punti fuq Juventus u 11-il punt fuq il-ġirien Milan.
Roma daħlu jistrieħu fil-vantaġġ sal-intervall iżda bi tliet goals fit-tieni taqsima Inter dawwru għal kollox l-andament tal-logħba favur tagħhom.
Kien Acerbi li fetaħ l-iskor iużda Mancini u El Shaarawy taw vantaġġ lil Roma.
Fit-tieni taqsima Thuram għamel l-iskor 2-2 u fil-65 minuta Inter fil-vantaġġ b’autogoal ta’ Angelino.
Fil-ħin miżjud Inter issiġġillaw ir-rebħa bir-raba’ goal skorjat minn Bastoni wara kontrattakk veloċi.
F’logħba oħra Lazio rebħu 3-1 f’Sardinja kontra Cagliari.
Lazio fil-vantaġġ fis-26 minuta b’autogoal ta’ Deiola u Ciro Immobile għamilhom tnejn fid-49 minuta.
Żewġ minuti wara Gaetano naqqas l-iskor għal Cagliari u Felipe Anderson għalaq il-logħba bit-tielet goal ta’ Lazio fil-65 minuta.
Fil-logħba ta’ filgħaxija draw ta’ 1-1 bejn Sassuolo u Torino, logħba li kienet deċiża b’żewġ goals fl-ewwel minuti tal-logħba.
Fost il-logħbiet tal-lejla stennija għal Milan v Napoli.
Sassuolo fetħu l-iskor permezz ta’ Pinamonti wara ħames minuti iżda risposta immedjata erba’ minuti wara permezz ta’ Duvan Zapata.
Riżultati
Cagliari v Lazio 1-3
Roma v Inter 2-4
Sassuolo v Torino 1-1
Il-Ħadd
12:30 Fiorentina v Frosinone
15:00 Bologna v Lecce
15:00 Monza v Verona
18:00 Genoa v Atalanta
20:45 Milan v Napoli
It-Tnejn
20:45 Juventus v Udinese
//= $special ?>