Diversi rapporti urew tħassib kbir jekk il-President tal-Istati Uniti Joe Biden huwiex f’kundizzjoni tajba li jikkontesta għall-Presidenza.
Dan wara li ġie żvelat li Biden żamm fil-pussess tiegħu dokumenti klassifiċi meta hu kien Viċi-Presidenti kif ukoll li matul l-aħħar xhur kien hemm diversi okkażjonijiet fejn Biden ma setax jiftakar informazzjoni importanti.
Wara s-sejba ta’ dawn id-dokumenti il-prosekutur iddeċieda li ma jieħux passi kriminali fil-konfront ta’ Biden hekk kif ikkopera b’mod sħiħ waqt l-investigazzjoni.
Dan filwaqt li rapporti qalu li matul intervista Biden deher bħala anzjan li qed jbati mill-memorja u li għandu simpatija kbira. U għalhekk tkun verament diffiċli sabiex ġurija ssibu ħati.
Matul din l-intervista li saret mill-prosekuzzjoni intqal li Biden ma setax jiftakar iż-żmien li għamel bħala Viċi-President kif ukoll ma setax jiftakar meta miet ibnu.
Intant, Biden għamilha aktar diffiċli sabiex jikkonvinċi lill-Amerikani li jinsab f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba hekk kif waqt konferenza bil-għan li tingħata għajnuna lil Gaza Biden ħawwad fl-ismijiet tal-President tal-Messiku u tal-Eġittu.
//= $special ?>