QATAR ……………………. 3
ĠORDAN …………………. 1
Akram Afif skorja hat trick ta’ penalties biex ta t-tieni titlu konsekuttiv tat-Tazza tal-Asja lill-Qatar fir-rebħa ta’ 3-1 kontra l-Ġordan ilbieraħ.
L-attakkant skorja fl-ewwel taqsima tal-finali u mbagħad darbtejn wara l-mistrieħ fil-Lusail Stadium biex spiċċa bħala l-aqwa skorer tal-kampjonat bi tmien gowls.
Yazan Al Naimat kien ġab id-draw fit-tieni taqsima, iżda l-Qatar ingħataw żewġ penalties fuq video review u Afif ma wera l-ebda ħniena biex jiskorja fiż-żewġ okkażjonijiet.
Lionel Messi u Kylian Mbappe kienu xegħlu dan il-grawnd spettakolari fit-Tazza tad-Dinja, u issa kien imiss lil Afif, bil-gowls tiegħu quddiem aktar minn 86,000 partitarju jinkurunaw it-tournament mill-aqwa tiegħu.
Il-Qatar sar l-ewwel pajjiż li rebaħ żewġ titli konsekuttivi sa minn meta l-Ġappun għamel dan fl-2000 u l-2004. Huwa l-ħames nazzjon li ddefenda b’suċċess it-titlu, għalkemm l-Iran rebħu tliet darbiet wara xulxin mill-1968 sal-1976.
Afif rebaħ u skorja penalty fit-22 minuta, iżda l-Ġordan,li qed jilgħab fl-ewwel finali tat-Tazza tal-Asja, kisbu d-draw meta Al Naimat xeħet fix-xibka mill-viċin fis-67 minuta.
Iżda fit-73 u fil-95 minuta wara konsultazzjoni mal-VAR, il-Qatar ingħataw żewġ penalties li minnhom Afif ma żbaljax biex ta t-titlu lill-Qatar.
//= $special ?>