Tarbija ta’ 7 xhur fost il-vittmi wara attakk bid-drones fir-reġjun ta’ Kharkiv fl-Ukrajna; attakk li b’kollox ħalla 7 persuni mejta.
Il-Ġimgħa filgħaxija partijiet mir-reġjun ta’ Kharkiv spiċċaw ħuġġieġa nar wara attakk bi drones mill-qawwiet Russi.
Rapporti qalu li kaġun ta’ dan l-attakk tal-anqas 15-il residenza kif ukoll pompa tal-petrol nħakmu minn nirien bil-konsegwenza li nqerdu għal kollox.
Għaldaqstant numru ta’ pumpiera ħadmu bla waqfien matul il-lejl b’50 persuna ġew evakwati minnhufih. S’issa l-qawwiet Russi għadhom m’għamlu l-ebda kumment dwar dan l-attakk.
Intant, il-qawwiet Ukreni qalu li rnexxielhom iwaqqgħu 23 drone minn 31 u li wħud minnhom kiennu mmirati lejn ir-reġjun ta’ Odesa. Ir-reġjun ta’ Kharkiv kemnm -il darba kien fil-mira ta’ attakk mir-Russi dan hekk kif huwa biss 22km ‘il bogħod mill-fruntiera tar-Russja.
//= $special ?>