Minkejja biża’ li l-Karnival ikollu jitħassar minħabba l-ħalba xita bis-silġ li għamlet f’diversi lokalitajiet madwar pajjiżna, inkluż fil-Belt Valletta, l-attivitajiet fi Pjazza San Ġorġ komplew kif pjanati, għalkemm jidher li kien hemm xi ftit dewmien.
Minkejja li l-kompetizzjoni taż-żfin ma ġietx ikkanċellata, l-isfilata tal-karrijiet kellha titħassar minħabba l-maltemp. Jidher li l-karrijiet ma sofrewx minn ħsarat kaġun tal-xita u s-silġ, b’dawn se jinżammu fil-Foss ta’ San Ġakbu għall-wirja.
//= $special ?>