Futbol Sport

Gowl ta’ Theo Hernandez jagħti rebħa importanti lil Milan fuq Napoli f’ San Siro

Ritratt: EPA

F’San Siro Milan kisbu rebħa minima ta’ 1-0 fuq Napoli biex saħħew posthom fit-tielet post tal-klassifika biex qegħdin momentarjament punt wara Juventus, bi 52 punt. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjaw fil-25 minuta meta Rafael Leao żmarka lil Theo Hernandez li xeħet wara Pierluigi Gollini għal 1-0.

Atalanta kisbu rebħa ta’ 4-1 barra minn darhom għand Genoa. Huma fetħu l-iskor fit-22 minuta minn Cristian De Ketelaere. Genoa kisbu d-draw fil-51 minuta meta Milan Badelj għadda lejn Ruslan Malinovskyi li xeħet fix-xibka għal 1-1. Atalanta reġgħu marru fil-vantaġġ minn Teun Koomeiners qabel Davide Zappacosta u Toure għamluhom 4-1.

SERIE A

llum: Fiorentina v Frosinone 5-1, Bologna v Lecce 4-0, Monza v Verona 0-0, Genoa v Atalanta 1-4, Milan v Napoli 1-0
Għada: Juventus v Udinese 8.45pm