GUDJA UTD …………….. 0
ĦAMRUN S. ………………. 4
Gudja Utd: J.Spiteri, M.Muchardi, L.Gatt (B.Dos Santos 86’), J.Quintero (M.Conti 74’), R.Mango Fernandes, C.Nwafor (G.Zammit 86’), R.Nanitelamio, Z.Grech (S.Attard 61’), A.Friggieri (S.Akomeah 74’), M.Esposito, G.Joseph
Ħamrun S.: H.Bonello, L.Montebello, R.Prsa (C.Rutjens 74’), F.Da Silva (G.Mangion 85’), U.Duranovic, E.Domingos (Y.Nenov 74’), O.Bjelicic, J.Corbolan, S.Paintsil (F.Bugeja 82’), E.Marcelina (N.Kristic 74’), R.Camenzuli
Referee: Darryl Agius
Assistenti Referees: Duncan Spencer, Vasil Vasilev
Skorjaw: L. Montebello 4′, S. Paintsil 24′, E. Freitas 45′, U. Djuranovic 76′ (Ħ)
BOV Plejer tal-Logħba: Luke Montebello (Ħamrun Spartans)
Fit-Tony Bezzina Stadium Ħamrun Spartans ġabu fix-xejn lil Gudja Utd hekk kif għelbuhom bl-iskor ta’ 4-0, biex b’hekk żammew posthom fl-ewwel post tal-klassifika, b’vantaġġ ta’ 3 punti fuq Floriana. Min-naħa l-oħra Gudja baqgħu fl-aħħar post tal-klassifika b’6 punti.
Ħamrun fetħu l-iskor wara erba’ minuti meta minn pass fit-tul ta’ Freitas Da Silva kien Luke Montebello li kkonkluda wara Justin Spieri għal 1-0. Huma rdoppjaw fis-26 minuta meta minn corner ta’ Roko Prsa kien Seth Paintsil li xeħet fix-xibka. Ħamrun għamluhom tlieta qabel tmiem l-ewwel taqsima meta din id-darba kien Freitas Da Silva li kkonkluda fix-xibka minn corner ta’ Luke Montebello. Ir-raba’ gowl għal Ħamrun wasal fis-77 minuta minn gowl mill-viċin ta’ Uros Duranovic.
//= $special ?>