Lokali

“Iċ-ċiklisti jistgħu jaslu sal-junction ta’ Paceville permezz ta’ labrint suwiċidali” – Rota

Minkejja li hemm potenzjal, xorta waħda ma hemm l-ebda infrastrutura għaċ-ċiklisti fi Triq St Andrews u anka fil-Junction ta’ Paceville.

Dan qalitu l-NGO Rota, hekk kif illum Infrastructure Malta ppublikat il-pjanijiet tal-infrastrutura tal-junction ta’ Paceville, pjanijiet li kkonfermaw it-tħassib li kellhom lura fl-2022. Fi stqarrija Rota qalu li ma jistgħux jifhmu kif proġett finanzjat mit-taxxi tal-poplu inżamm sigriet tul dawn is-snin kollha anka meta din l-organizzazjoni kemm il-darba staqsiet dwaru u pruvat tagħti is-suġerimenti tagħha li għalkemm minimi huma importanti ferm.

Lura fl-2019 l-unika kareġjata taċ-ċiklisti ( dik viċin il-Coast Road) kienet ġiet eleminata, sabiex it-triq tiġi b’erba’ kareġjati, u konsegwenza ta’ dan iċ-ċiklisti spiċċaw fi triq li ma twasslek imkien. Fl-2022 tkomplew id-diskussjonijiet dwar il-pjanijiet tal-Pembroke Park & Ride junction li hija aċċessibli għaċ-ċiklisti biss permezz ta’ bankina ta’ 1.2 metrti li tried tintuża kemm miċ-ċiklisti kif ukoll minn dawk li jkunu mexjin, b’infrastructure Malta tgħid li r-raġuni għalfejn din il-bankina hija żgħira tkun li ma hemmx biżżejjed spazzju… minkejja li t-triq hija wiesgħa 40 metru. Barra minn hekk dan il-pjan kien aċċessibli għal Rota għal ftit jiem biss u għalhekk ma kellhomx biżżejjed żmien sabiex jagħdu s-suġġerimenti tagħhom.

Fl-2023, Rota kellhom aċċess għal pjan tal-proġett kollu, u għalhekk għaddew il-kummnti tagħhom dwar l-iżbalji kbar li kien hemm fil-proġett ta’ Paceville Junction, madanakollu dawn il-kummenti waqqgħu fuq widnejn torrox hekk kif Infrastructure Malta qalulhom li dawn kienu biss pjanijiet preliminari. 8 xhur wara din l-NGO mill-ġdid reġgħu pruvaw jagħddu s-suġerimenti tagħhom pero għal darba oħra reġġgħu qalulhom li dawn ma kienux pjanijiet finalizzati.

Illum il-ġurnata din l-NGO saret taf li mil-2022 sal-preżent ma nbiddel assulutament xejn.