Minkejja l-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin matul il-jum, folol ta’ nies inġabru fil-Belt Valletta biex jaraw il-karrijiet u ż-żfin, iżda ma setgħux igawdu l-isfilata tal-karrijiet, hekk kif dawn ma ċċaqalqux minn posthom minħabba t-temp.
Il-Ħadd waranofsinhar Net News żar it-toroq tal-Belt fejn tkellimna ma’ diversi persuni li jieħdu ħsieb il-karrijiet tal-karnival, fejn esprimew magħna kemm damu għaddejjin bil-preparazzjonijiet… kif ukoll min fejn ġew l-ideat tagħhom għal karrijiet.
Oħrajn esprimew magħna d-diffikultà li affaċjaw kawża tal-maltemp. Minkejja li l-kompetizzjoni taż-żfin ma ġietx ikkanċellata, l-isfilata tal-karrijiet kellha titħassar minħabba l-maltemp, u minflok il-karrijiet inżammu fil-Foss ta’ San Ġakbu għall-wirja.
Il-karnival tal-Belt jilħaq il-qofol tiegħu nhar it-Tlieta mill-5:30pm ‘il quddiem fi Pjazza San Ġorġ. Sabiex imbagħad, filgħaxija, isir il-Gran Finale bil-karrijiet fi Triq Sant Anna fil-Furjana sa tard filgħaxija.
//= $special ?>