Lokali

Il-proposta ta’ Robert Abela tintlaqa’ b’xettiċiżmu

Dan wara li fil-jiem li għaddew tlaqqa’ l-grupp parlamentari Laburista u ddiskuta l-futur ta’ Rosianne Cutajar.

Il-proposta ta’ Robert Abela li jdaħħal lil Rosianne Cutajar mill-ġdid fil-Grupp Parlamentari Laburista fil-jiem li għaddew intlaqgħet b’xettiċiżmu minn Membri Parlamentari Laburista li ma jaqblu assolutament xejn mal-linja ta’ Robert Abela li min jabbuża u jkun korrott għandu jinħafirlu kollox u jiddaħħal mill-ġdid fejn ikun qiegħed.

F’dan il-każ qegħdin nitkellmu dwar id-Deputat Laburista Rosianne Abela li kienet irriżenjat mill-Grupp Parlamentari Laburista f’April tal-2023 wara li kienu żvelati diversi messaġġi bil-Whats App bejnha u bejn l-imprenditur Yorgen Fenech li bħalissa jinsab fil-Ħabs ta’ Kordin b’rabta mal-qtil tal-Bidnija f’Ottubru tal-2017.

Fil-verità kien l-istess Robert Abela li s-sena l-oħra għamel minn kollox biex neħħa lil Rosianne Cutajar mill-irwoli li kellha hekk kif l-opinjoni pubblika kienet għalkollox maħsuda bl-istess messaġġi ta’ Rosianne Cutajar… fosthom il-famuż messaġġ dwar il-ħniżrijiet li kienu u għadhom isiru.

Issa, għaliex resqin lejn l-elezzjonijiet ta’ Ġunju li ġej u Robert Abela jaf li kulma jmur qiegħed ikompli jegħreq, l-istess Robert Abela qiegħed jipprova jaqbad ma’ kull tibna u għal għajnejn in-nies jipprova jirrikonċilja d-differenzi.

Imma meta f’nofs din il-ġimgħa mar quddiem il-Grupp Parlamentari Laburista dwar din il-kwistjoni ma sabx lil kulħadd favur il-proposta tiegħu, b’Deputati Laburisti jistaqsu x’se jkun qiegħed jiggwadanja l-Gvern u l-Partit f’għajnejn in-nies bl-inklużjoni mill-ġdid tagħha hekk kif f’għajnejn in-nies hi meqjusa bħala waħda li tħanżret fuq li tħanżret.

Fid-dawn ta’ dan ix-xenarju d-diskussjoni dwar l-inklużjoni ta’ Rosianne Cutajar fil-Grupp Parlamentari Laburista kienet aġġornata… hekk u hekk Rosianne Cutajar mhux Justyne Caruana li kienet kapaċi tieqaf lil Robert Abela!