Katalin Novak irriżenjat minn President tal-Ungerija waqt diskors ‘live’ fuq it-Televiżjoni tal-Istat. L-iżvilupp kien pjuttost mistenni wara li hi, xhur ilu, tat maħfra lil raġel ikkundannat talli kien ipprova jaħbi każ relatat mal-abbuż tat-tfal.
Ir-raġel weħel il-ħabs wara li sforza lit-tfal biex jirtiraw l-akkużi dwar abbuż sesswali kontra d-direttur ta’ Istituzzjoni tat-Tfal tal-Istat – u b’konsegwenza ta’ dan, fl-aħħar jiem, kienu żdiedu l-protesti biex Novak twarrab mill-Presidenza.
Min-naħa tagħha, Katalin Novak talbet skuża u ammettiet li ‘żbaljat’ meta konfermat il-maħfra tar-raġel. Intant, Judit Varga, l-eks Ministru tal-Ġustizzja li approvat il-maħfra, ukoll irriżenjat mir-rwol ġdid tagħha fejn kienet qed tmexxi l-kampanja tal-Partit Fidesz fil-Gvern għall-Elezzjonijiet tal-Ewropa.
Il-kontroversja żbruffat wara li l-ismijiet ta’ 25 persuna mogħtija maħfra minn Novak kienu pubblikati, jiem ilu, mill-media Ungeriża. Il-maħfriet kienu ngħataw b’relazzjoni maż-żjara tal-Papa Franġisku fl-Ungerija, li saret bejn it-28 u t-30 ta’ April tas-sena li għaddiet.
//= $special ?>