Lokali

Mara min-Nepal fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet minn gallarija

Illum, għall-ħabta tas-2am, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq San Ġużepp, Tal-Pietà.

Il-Pulizija marret fuq il-post u minn investigazzjoni preliminari rriżulta li mara min-Nepal ta’ 29 sena u residenti Tal-Pietà, kienet waqgħet madwar żewġ sulari minn gallarija.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħaditha l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa, fejn ġiet iċċertifkata li weġġgħet serjament.

Il-Maġistrat tal-Għassa Gabriella Vella ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.