Ħolma ssir realtà.
Hekk iddiskriva il-mument li fih tħabbar ir-riżultat ta’ X Factor Malta ta’ din is-sena iż-żagħzugħ Richard Aquilina li huwa rebbieħ tal-X Factor ta’ din is-sena.
Din kienet l-ewwel esperjenza li kellu Richard quddiem udjenza – u f’temp ta’ 5 xhur irnexxilu jkompli jaħdem fuq il-vuċi u l-prestazzjoni tiegħu; Huwa qal li tħajjar japplika għal x-Factor wara li t-tfajla tiegħu qaltlu biex jagħmel hekk.
Huwa qal li l-isbaħ mumenti waqt din l-esperjenza kienu meta kien ikun qed ikanta quddiem udjenza live.
Intant Richard qed jippjana li fil-futur ikompli jaħdem fuq ir-repertorju tiegħu billi joħroġ mużika oriġinali kif ukoll jieħu sehem f’kompetizzjonijiet oħra lokali.
Richard qal ukoll li jinsab verament gratt għall pubbliku li tah l-appoġġ sa mill-ewwel Live Show.
Iż-żagħżugħ ta’ 27 sena kien l-unika kontestant mis-sezzjoni tal-overs li wasal sal-finali – kategorija li kienet dik ta’ Howard Keith Debono.
Intant, fit-tieni post klassifikaw Lapes u Nadine mill-kategorija ta’ Ira Losco waqt li fit-tielet post klassifikat Shanice mill-kategorija ta’ Gianluca Bezzina.
Waqt din is-serata il-Kantanta Amber li wkoll kienet waħda mill-ġurija kantant il-kanzunetta l-ġdida tagħha għall-ewwel darba ‘Għanja lil Ġużi’. Diska ddedikata lil binha li fi kliemha stess kien magħha sa mill-bidu tal-vjaġġ ta’ X-Factor.
//= $special ?>