Futbol Sport

Sirens u Marsaxlokk itemmu fi draw

Ritratt: Catriel Farrugia

SIRENS ………………. 1

MARSAXLOKK ….. 1

Sirens: A.Cassar, B.Murillo, O.P.Boakye, N.Pulis, H.Panayiotou ( M.Akadom 89’),S.Borg ( D.Aguis 85’) L. Martins, K.Ntampizas, B.Asare, D.Jackson ,K.Donso.

Marsaxlokk: M.Drobnjak, Da Silva Soares, K.Micallef, J.Ghio, Y.Messias De Jesus, D.Bonnici ( N.Portelli 67’) , J.Walker ( N.Muscat 77’) , L.Aguirre , N.Raden ,D.Pires DAll‘Oca, ( F.Brener 78’), S.Akinbule.

Referee: Philip Farrugia

Assistenti Referees: James Muscat u Thomas Debono

Fit-Tony Bezzina Stadium draw ta’ 1-1 bejn Sirens u Marsaxlokk f’partita li ftit li xejn kellha impatt fuq il-klassifika. Marsaxlokk baqgħu fir-raba’ post b’26 punt filwaqt li Sirens baqgħu fit-13-il post bi 8 punti.

Kienu Marsaxlokk li fetħu l-iskor fit-23 minuta meta minn freekick dirett kien Leandro Aguirre li xeħet wara Andrea Cassar għal 1-0. Sirens kisbu d-draw fil-55 minuta meta b’xutt b’saħħtu kien Degran Jackson li xeħet wara Drobnjak għal 1-1.